| L-Għaqda
Mużikali Sant’Anna ilha mwaqqfa mill-1994 u l-għan prinċipali
tagħha huwa li tagħti s-sehem tagħha fil-festa ta’ Sant’Anna ġewwa
Wied il-Għajn. Matul is-sena, l-Għaqda b’impenn sħiħ torganizza
diversi attivitajiet għan-nies ta’ Wied il-Għajn u oħrajn li jiġu
jżuru dan ir-raħal pittoresk għall-vaganzi tas-Sajf.
Inħeġġuk biex iżżur ta’
spiss din il-website għax qed tiġi aġġornata kontinwament. Napprezzaw
ħafna jekk tħalli tifkira taż-żjara tiegħek f’din il-website billi
tiffirma l-guestbook.
|